Struttura tal-Aġenzija
L-Aġenzija hija mmexxija minn Direttur Eżekuttiv li d-dmirijiet u s-setgħat tiegħu huma definiti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. Id-Direttur Eżekuttiv huwa appoġġat minn erba’ dipartimenti u unità tal-Uffiċċju Eżekuttiv.
Attwalment, l-Aġenzija għandha 11-il Unità li minnhom, 10 jaqgħu taħt dawn l-4 Dipartimenti:
Dipartiment 1: Sostenibbiltà u Assistenza Teknika
(Sostenibbiltà; Żjarat & Spezzjonijiet, Element Uman; Bini tal-Kapaċità)
Dipartiment 2: Sikurezza, Sigurtà, u Sorveljanza
(Sikurezza u Sigurtà; Sorveljanza)
Dipartiment 3: Servizzi Diġitali
(Servizzi Integrati tat-Traffiku Marittimu; Soluzzjonijiet Diġitali Marittimi; Servizzi Diġitali Orizzontali)
Dipartiment 4: Servizzi Korporattivi
(Riżorsi Umani; Legali, Finanzi u Faċilitajiet)