Bord Amministrattiv

Il-Bord Amministrattiv jissorvelja l-ħidma mwettqa mill-Aġenzija u mid-Direttur Eżekuttiv. B’mod partikolari, il-Bord Amministrattiv jadotta d-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni tal-Aġenzija li jkopri perjodu ta’ 3 snin, u fil-kompetenza tiegħu fil-qafas tal-proċedura baġitarja, il-baġit u l-pjan ta’ stabbiliment. Il-Bord Amministrattiv jadotta u jivvaluta wkoll ir-Rapport ta’ Attività Annwali Konsolidat tal-Aġenzija, kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju dwar l-ilħuq tal-objettivi u l-prestazzjoni b’rabta mal-prinċipji tal-kosteffettività, l-effiċjenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba.

Fi ħdan il-Bord Amministrattiv hemm rappreżentanti tal-Istati Membri kollha tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja (pajjiżi tal-EFTA f’kapaċita’ ta’ osservaturi) u erba’ rappreżentanti mill-Kummissjoni, flimkien ma’ erba’ rappreżentanti mingħajr vot minn setturi differenti tal-industrija marittima.

Consejo Administracion

Save

Save