Bażi Legali
Il-kunċett ta’ Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (EMSA) bħala aġenzija regolatorja oriġina fl-aħħar tad-disgħinijiet flimkien ma’ għadd ta’ inizjattivi ewlenin oħra ta’ sikurezza marittima Ewropea. L-EMSA ġiet stabbilita pemezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 bħala sors ewlieni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qasam tas-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti, u l-emendi sussegwenti rfinaw u wessgħu il-mandat tagħha.